This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/042/08
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.7150 — Apollo/Ulster Bank/Arnotts) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7150 – Apollo/Ulster Bank/Arnotts) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7150 – Apollo/Ulster Bank/Arnotts) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 42, 13.2.2014, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7150 – Apollo/Ulster Bank/Arnotts)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 42/08)
1. |
Fl-4 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-affiljati ta' Apollo Management LP (“Apollo”, l-Istati Unit tal-Amerika), u Ulster Bank Ireland Limited (“Ulster Bank”, l-Irlanda) proprjetà ta' Royal Bank of Scotland Group plc (ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Arnotts Holdings Limited (“Arnotts”, l-Irlanda) b'mezzi oħrajn. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7150 – Apollo/Ulster Bank/Arnotts, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.