This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0539
Case T-539/13: Action brought on 2 October 2013 — Inclusion Alliance for Europe v Commission
Kawża T-539/13: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Ottubru 2013 — Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni
Kawża T-539/13: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Ottubru 2013 — Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni
ĠU C 15, 18.1.2014, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/19 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2013 — Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-539/13)
2014/C 15/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Inclusion Alliance for Europe GEIE (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: S. Famiani, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-17 ta’ Lulju 2013, li permezz tagħha hija eżiġiet il-ħlas tas-somma totali ta’ EUR 212 411,89 għall-proġett Nru 224482, bl-isem MARE (EUR 80 352,07), għall-proġett Nru 216820, bl-isem SENIOR (EUR 53 138,40) u għall-proġett Nru 225010, bl-isem ECRN (EUR 78 231,42); u |
— |
tikkundanna lill-KE għall-kumpens tad-dannu patrimonjali u morali subit, ta’ EUR 3 000 000, jew ta’ ammont li għandu jiġi kkwantifikat fil-mori tal-kawża, u tikkundannaha, barra minn hekk, għall-ħlas tal-ispejjeż, flimkien mal-interessi u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-inflazzjoni monetarja fuq is-somom mogħtija. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-kumpannija rikorrenti f’din il-kawża, li pparteċipat fi tliet proġetti approvati fil-kuntest tas-seba’ programm-qafas tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni intiża għall-ħlas lura parzjali tal-għajnuna mogħtija.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inapplikabbiltà u l-assenza ta’ effetti tal-Gwida Finanzjarja tal-2010 fir-rigward tal-proġetti MARE u SENIOR.
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ir-rifjut, mill-KE u mill-kumpannija responsabbli għall-awditu, tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni u ta’ fiduċja reċiproka tal-KE fir-rigward tar-rikorrenti, f’dak li jikkonċerna b’mod iktar partikolari amministrazzjoni ħażina u attitudni ta’ suspett li tikkawża preġudizzju. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-inċertezza tar-regoli applikabbli għall-SMEs għall-finijiet tar-rikonoxximent tal-ispejjeż ta’ proġett.
|
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-International Audit Federation u tal-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli fil-qasam tal-awditu tal-SMEs. |
(6) |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta’ proġett u fuq l-assenzi ta’ evalwazzjoni tal-awditu. |
(7) |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-kumpannija inkarigata mill-awditu ibbażat il-konklużjonijiet tagħha relatati mar-rifjut tal-ispejjeż prinċipalment fuq il-fatt tal-użu esklużiv tat-timesheets.
|
(8) |
It-tmien motiv ibbażat fuq id-dritt leġittimu tar-rikorrenti li titħallas għall-attivitajiet eżegwiti b’mod korrett, u fuq l-arrikkiment indebitu tal-KE. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-riżultati tal-proġetti MARE, SENIOR u ECNR ngħataw lill-KE fit-termini previsti. Din aċċettat mingħajr riżerva r-riżultati eċċellenti miksuba u l-Kummissarju Ewropew responsabbli mis-settur approvahom u ffirmahom. Fid-dawl tal-kwalità eċċellenti tax-xogħol ipprovdut, il-proġett ECNR ġie estiż b’sitt xhur. Ir-rifjut tal-ispejjeż kollha tal-proġetti għaldaqstant ikun imur kontra l-prinċipju ta’ dritt leġittimu għar-remunerazzjoni tax-xogħol ipprovdut, li jwassal għal arrikkiment indebitu tal-KE. |