Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0569

Kawża C-569/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö (l-Isvezja) fis- 6 ta’ Novembru 2013 — Bricmate AB vs Tullverket

ĠU C 15, 18.1.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö (l-Isvezja) fis-6 ta’ Novembru 2013 — Bricmate AB vs Tullverket

(Kawża C-569/13)

2014/C 15/14

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Malmö

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bricmate AB

Konvenuta: Tullverket

Domandi preliminari

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, p. 1) huwa invalidu għal xi waħda mir-raġunijiet segwenti:

(1)

L-investigazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE fiha żbalji manifesti ta’ fatt,

(2)

L-investigazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE fiha żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni,

(3)

Il-Kummissjoni kisret id-dmir ta’ diliġenza u l-Artikolu 3(2) u (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51),

(4)

Il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 1225/2009 u naqset milli tosserva d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti,

(5)

Il-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1225/2009, ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti, u/jew

(6)

Il-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni (fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE)?


Top