Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0565

    Kawża C-565/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill Hovrätten för Västra Sverige (l-Isvezja) fl- 4 ta’ Novembru 2013 — Kammaråklagaren v Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri AB Ganthi and Fiskeri AB Nordic

    ĠU C 15, 18.1.2014, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill Hovrätten för Västra Sverige (l-Isvezja) fl-4 ta’ Novembru 2013 — Kammaråklagaren v Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri AB Ganthi and Fiskeri AB Nordic

    (Kawża C-565/13)

    2014/C 15/13

    Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Hovrätten för Västra Sverige

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Kammaråklagaren

    Konvenuti: Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Aktiebolaget Ganthi and Fiskeri Aktiebolaget Nordic

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 6(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk jista’ jiġi kkunsidrat bħala klawżola ta’ esklużività fis-sens li jeskludi l-possibbiltà għall-bastimenti Komunitarji li jistadu fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzji maħruġa esklużivament mill-awtoritajiet Marokkini kompetenti lill-proprjetarji Marokkini ta’ kwoti tas-sajd?

    (2)

    L-Artikolu 6(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk jista’ jiġi kkunsidrat bħala klawżola ta’ esklużività fis-sens li jeskludi l-possibbiltà li jinkrew bastimenti Komunitarji lil kumpanniji Marokkini, permezz ta’ kuntratt ta’ bareboat charter (skont il-formola standard “Barecon 2001” BIMCO Standard Bareboat Charter), sabiex jistadu fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzji maħruġa esklużivament mill-awtoritajiet Marokkini kompetenti lill-proprjetarji Marokkini ta’ kwoti tas-sajd?

    (3)

    Ir-risposta għat-tieni domanda tkun differenti fil-każ fejn il-proprjetarju tal-bastiment jagħti wkoll lill-kumpannija Marokkina kompetenza fil-forma ta’ amministrazzjoni u ekwipaġġ tal-bastiment tas-sajd kif ukoll assistenza teknika?

    (4)

    Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk jippermetti li r-Renju tal-Marokk jiżviluppa u jeżerċita, b’mod parallel mal-Ftehim, attività nazzjonali tiegħu ta’ sajd pelaġiku industrijali ’l isfel mid-disgħa u għoxrin parallel tat-tramuntana? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, dan il-ftehim jagħti lir-Renju tal-Marokk id-dritt li jikri bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li joħroġ liċenzji direttament lil dawn il-bastimenti, għas-sajd nazzjonali tiegħu, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Komunità Ewropea?


    Top