This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0543
Case C-543/13: Request for a preliminary ruling from the Centrale Raad van Beroep (Netherlands) lodged on 17 October 2013 — Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank v E. Fischer-Lintjens
Kawża C-543/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 17 ta’ Ottubru 2013 — Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs E. Fischer-Lintjens
Kawża C-543/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 17 ta’ Ottubru 2013 — Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs E. Fischer-Lintjens
ĠU C 15, 18.1.2014, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Ottubru 2013 — Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs E. Fischer-Lintjens
(Kawża C-543/13)
2014/C 15/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank
Konvenuta: E. Fischer-Lintjens
Domandi preliminari
(1) |
Il-kunċett ta’ “li jridu jitħallsu” fis-sens tal-Artikoli 27 et seq tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward li jiġi stabbilit minn liema mument pensjoni jew allowances iridu jitħallsu, l-element determinanti huwa d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ għoti tkun ittieħdet u li l-pensjoni tkun tħallset sussegwentement, jew ukoll id-data ta’ bidu tal-pensjoni mogħtija b’effett retroattiv? |
(2) |
Jekk il-kunċett ta’ “li jridu jitħallsu” jirreferi għad-data ta’ bidu tal-pensjoni mogħtija b’effett retroattiv: Tista’ din l-interpretazzjoni tiġi kkonċiljata mal-fatt li l-benefiċjarju ta’ pensjoni li jaqa’ taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ma jistax, skont il-leġiżlazzjoni Olandiża, jaffilja ruħu bl-istess effett retroattiv ma’ assigurazzjoni ta’ kura medika? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).