This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0532
Case C-532/13: Request for a preliminary ruling from the Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (Hungary) lodged on 9 October 2013 — Sofia Zoo v Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség
Kawża C-532/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid- 9 ta’ Ottubru 2013 — Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség
Kawża C-532/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid- 9 ta’ Ottubru 2013 — Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség
ĠU C 15, 18.1.2014, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-9 ta’ Ottubru 2013 — Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség
(Kawża C-532/13)
2014/C 15/06
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sofia Zoo
Konvenut: Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség
Domandi preliminari
(1) |
Il-permessi u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 11(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 338/97 (1) għandhom jitqiesu bħala nulli biss fir-rigward tal-kampjuni effettivament affettwati mir-raġuni għal nullità, jew dawn għandhom ukoll jitqiesu bħala nulli fir-rigward tal-kampjuni l-oħra koperti mill-permessi jew miċ-ċertifikati? |
(2) |
Il-kampjuni msemmija fl-Artikolu 11(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 338/97 koperti mill-permessi jew miċ-ċertifikati kkunsidrati bħala nulli skont l-Artikolu 11(2)(a) għandhom kollha jiġu maqbuda u jistgħu kollha jiġu kkonfiskati jew għandhom jiġu maqbuda u jistgħu jiġu kkonfiskati biss dawk li huma effettivament affettwati mir-raġuni għal nullità? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 136).