Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/372/15

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7050 – Allianz SE/NRF/Kamppi Shopping Center) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 372, 19.12.2013, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 372/43


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.7050 – Allianz SE/NRF/Kamppi Shopping Center)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2013/C 372/15)

    1.

    Fil-11 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Allianz SE (il-Ġermanja) u Nordic Retail Fund FCP – FIS (“NRF”, il-Lussemburgu) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' NRF (il-Finlandja) AB (“the Company”, l-Isvezja) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Allianz SE: il-kumpanija azzjonarja aħħarija ta' Allianz Group u fornitriċi tas-servizzi finanzjarji multinazzjonali attiva globalment fin-negozju tal-assigurazzjoni u tal-ġestjoni tal-assi,

    NRF: fond immobiljari stabbilit fil-Lussemburgu b’enfasi fuq l-investiment f’ċentri kummerċjali fil-Finlandja u l-Isvezja,

    għall-Kumpanija: azzjonist ta' bosta kumpaniji Finlandiżi li huma sidien jew detenturi ta' drittijiet tal-bini ereditarji taċ-Ċentru Kummerċjali Kamppi f'Ħelsinki, il-Finlandja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7050 – Allianz SE/NRF/Kamppi Shopping Center, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top