Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC1029(05)

Konferma tar-riċevuta tal-ilment CHAP(2013) 3076

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/9


Konferma tar-riċevuta tal-ilment CHAP(2013) 3076

2013/C 314/09

1.

Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet, u qed tkompli tirċievi, sensiela ta' ilmenti dwar il-benessri tal-klieb abbandunati fir-Rumanija u l-mod kif qed jiġu ttrattati.

2.

Il-Kummissjoni rreġistrat, u se tkompli tirreġistra, dawn l-ilmenti taħt in-numru ta' referenza CHAP(2013) 3076.

3.

Fid-dawl tal-għadd sinifikanti ta' ilmenti li rċeviet dwar dan is-suġġett, il-Kummissjoni, bl-intenzjoni li twieġeb malajr u biex tinforma lil dawk interessati, filwaqt li tkun qed tagħmel l-aktar użu ekonomiku possibbli mir-riżorsi amministrattivi, qed tippubblika din il-konferma tar-riċevuta f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq l-internet, hawnhekk:

http://ec.europa.eu/eu_law/complaints/receipt/index_en.htm

4.

Dawk kollha li jkunu ressqu ilment se jiġu infurmati, permezz tal-istess mezzi, bir-riżultati tal-analiżi tal-ilmenti mill-Kummissjoni kif ukoll bi kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li tista' tiddeċiedi li tieħu.


Top