Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0492

Kawża T-492/13: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Settembru 2013 — Schmidt Spiele vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord)

Information about publishing Official Journal not found, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Information about publishing Official Journal not found, p. 46–47 (HR)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/48


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — Schmidt Spiele vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord)

(Kawża T-492/13)

2013/C 325/77

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmidt Spiele GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1767/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tistabbilixxi data għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10 592 103

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


Top