This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D1011(01)
Council Decision of 7 October 2013 adopting the Council position on draft amending budget No 7 of the European Union for the financial year 2013
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ottubru 2013 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ottubru 2013 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
ĠU C 295, 11.10.2013, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Ottubru 2013
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
2013/C 295/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tieghu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 kien adottat definittivament fit-12 ta' Diċembru 2012 (2), |
— |
fil-25 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni ressqet proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2013, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata fis-7 ta' Ottubru 2013.
Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BERNATONIS
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1, b'Corrigendum fil-ĠU L 134, 18.5.2013, p. 21.