Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/293/05

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6992 – Hutchison 3G UK/Telefónica Ireland) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 293, 9.10.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/8


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6992 – Hutchison 3G UK/Telefónica Ireland)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 293/05

    1.

    Fl-1 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Hutchison 3G UK Holdings Limited (“H3G”, ir-Renju Unit) ikkontrollata minn Hutchison Whampoa Limited (“Hutchison”, Hong Kong) tikseb skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża kollha Telefónica Ireland Limited (“O2 Ireland”, l-Irlanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    H3G hija operatur ta’ netwerk tal-mobajl attiv fl-Irlanda permezz tas-sussidjarja tagħha posseduta totalment minnha Hutchison 3G Ireland Limited (Three). Three tipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjoni tal-mobajl bl-imnut għal klijenti finali, servizzi ta’ oriġini ta’ sejħiet bil-mobajl, servizzi ta' terminazzjoni tat-telefonati fuq in-netwerks tal-mobajl, servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa, servizzi tar-roaming internazzjonali u servizzi ta’ telekomunikazzjoni oħra bil-mobajl,

    O2 Ireland hija wkoll operatur ta’ netwerk tal-mobajl attiv fl-Irlanda. O2 Ireland tipprovdi servizzi ta' telekomunikazzjoni bil-mobajl bl-imnut għall-klijenti finali, servizzi ta’ oriġinazzjoni ta’ sejħiet bil-mobajl, servizzi ta' terminazzjoni tat-telefonati fuq in-netwerks tal-mobajl, servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa, servizzi tar-roaming internazzjonali u servizzi ta’ telekomunikazzjoni oħra bil-mobajl.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6992 – Hutchison 3G UK/Telefónica Ireland, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top