Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2013C0926(02)

    Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa))

    ĠU C 277, 26.9.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/5


    Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa))

    2013/C 277/04

    PARTI I

    Għajnuna Nru

    GBER 9/13/TRA

    Stat tal-EFTA

    In-Norveġja

    L-Awtorità li toħroġ l-għotjiet

    Isem

    Enova SF

    Indirizz

    Professor Brochs gt 2

    7030 Trondheim

    NORWAY

    Il-paġna tal-internet

    http://www.enova.no

    Titolu tal-miżura tal-għajnuna

    Kors dwar l-immodernizzar fl-effiċjenza tal-enerġija f'bini residenzjali

    Il-bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti)

    Il-bażi ġuridika nazzjonali għall-miżuri ta' appoġġ amministrati minn Enova SF ttieħdet minn dawn is-sorsi tal-liġi li ġejjin

    Il-baġits annwali tal-Istat, li jiddeskrivu l-politika dwar l-enerġija u jipproponu l-baġit għas-sena li ġejja.

    Id-Deċiżjoni Parlamentari tal-5 ta' April 2001 (1) ibbażata fuq propożizzjoni mill-Ministeru taż-Żejt u l-Enerġija tal-21 ta' Diċembru 2000 (2). Id-Deċiżjoni Parlamentari li temenda l-Att dwar l-Enerġija tad-29 ta' Ġunju 1990 Nru 50 (Energiloven).

    Il-Ftehim bejn il-Ministeru u Enova. L-aħħar verżjoni tal-ftehim tirregola l-għanijiet tal-amministrazzjoni ta' Enova SF tal-Fond tal-Enerġija bejn l-1 ta' Ġunju 2008 u l-31 ta' Diċembru 2011.

    Ir-Regolament Nru 1377 tal-10 ta' Diċembru 2001, dwar l-imposta fuq it-tariffa tan-netwerk tal-elettriku (Forskrift om innbetaling av påslag på nettariffen til Energifondet).

    Regolament dwar il-Fond tal-Enerġija (Vedteker for energifondet) iqiegħed il-Fond tal-Enerġija taħt il-Ministeru taż-Żejt u l-Enerġija u jistipula l-amministrazzjoni tiegħu minn Enova.

    Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

    http://www.enova.no/radgivning/naring/kurs/kurs-for-energiradgivere/643/0/

    Tip ta' miżura

    Skema

    Iva

    Għajnuna ad hoc

    Le

    Tul ta’ żmien

    Skema

    14.5.2013 sal-31.12.2013

    Is-settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i)

    Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

    Le

    Limitata għal setturi speċifiċi – Jekk jogħġbok speċifika skont in-NACE Rev. 2.

    Settur 41

    Tip ta’ benefiċjarju

    SME

    Iva

    Impriżi kbar

    Mhux esklużi

    Baġit

    L-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat skont l-iskema

    NOK 0,922 (f'miljuni)

    L-istrument ta’ għajnuna (Art. 5)

    Għoti ta' sussidju għall-ħlas tal-kors

    Iva

    PARTI II

    L-Għanijiet Ġenerali (lista)

    L-Għanijiet (lista)

    L-intensità massima ta’ għajnuna f' % jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

    SME – bonusijiet f' %

    Għajnuna għat-taħriġ

    (l-Art. 38-39)

    Taħriġ ġenerali

    (l-Art. 38(2))

    60 %

     


    (1)  Odelstingets vedtak til lov om endringar i lov 29. juni 1990 nr. 50 om produksjon, omforming, overføring, omsetning og fordeling av energi m.m. (energilova). (Besl.O.nr.75 (2000-2001), jf. Innst.O.nr.59 (2000-2001) og Ot.prp.nr.35 (2000-2001)).

    (2)  Ot.prp.nr.35 (2000-2001).


    Top