Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0918(01)

    Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 ; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 ; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 ; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 ; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 ; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5 ; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6 ; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8 ; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16 ; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13 ; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44 ; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8 ; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3 ; ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13 ; ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3 )

    ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/2


    Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3; ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13; ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3)

    2013/C 269/02

    Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

    Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

    IL-KROAZJA

    Barrani, li jissottometti talba biex tinħariġlu viża għal missjoni diplomatika, jiġifieri f’uffiċċju konsolari tar-Repubblika tal-Kroazja jew f'xi pajjiż ieħor li miegħu r-Repubblika tal-Kroazja għandha kuntratt sabiex tirrappreżentah fil-ħruġ tal-viżi, huwa obbligat li juri li għandu biżżejjed mezzi biex imantni lilu nnifsu tul il-permanenza tiegħu fir-Repubblika tal-Kroazja kif ukoll sabiex imur lura lejn il-pajjiż minn fejn ikun ġie, jew sabiex jivvjaġġa lejn pajjiż terz.

    Mad-dħul fir-Repubblika tal-Kroazja, l-awtorità kompetenti mill-kontroll tal-qsim tal-fruntiera tal-Istat għandha l-awtorità titlob lill-barrani biex juri li għandu l-mezzi biex imantni lilu nnifsu tul il-permanenza tiegħu fir-Repubblika tal-Kroazja kif ukoll sabiex imur lura lejn il-pajjiż minn fejn ikun ġie, jew sabiex jivvjaġġa lejn pajjiż terz.

    Il-mezzi meħtieġa, skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jridu jammontaw għal EUR 100 (fi kliem: mitt ewro), għal kull jum ta' permanenza ppjanat fir-Repubblika tal-Kroazja.

    Jekk il-barrani jkollu ittra ta' garanzija ċċertifikata minn entità fiżika jew legali mir-Repubblika tal-Kroazja, prova li turi li l-arranġamenti għall-ivvjaġġar huma mħallsin, jew dokument simili, huwa obbligat jipprova li bħala mezzi għandu EUR 50 (fi kliem: ħamsin ewro) għal kull jum ta' permanenza ppjanat fir-Repubblika tal-Kroazja.


    Top