This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0384
Case T-384/13: Action brought on 26 July 2013 — Intermark/OHIM — Coca-Cola (RIENERGY Cola)
Kawża T-384/13: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Lulju 2013 — Intermark vs UASI — Coca-Cola (RIENERGY Cola)
Kawża T-384/13: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Lulju 2013 — Intermark vs UASI — Coca-Cola (RIENERGY Cola)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 40–40
(HR)
7.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/50 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2013 — Intermark vs UASI — Coca-Cola (RIENERGY Cola)
(Kawża T-384/13)
2013/C 260/90
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intermark Srl (Stei, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á. László, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tilqa’ r-rikors, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata tal-konvenut, tordna ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni u tordna r-reġistrazzjoni tas-sinjal tar-rikorrenti fl-intier tiegħu, bħala trade mark; |
— |
fil-każ li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa inevitabbli li ssir analiżi ddettaljata oħra tal-fatti u l-provi tal-każ, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-konvenut u tibgħat lura l-każ lill-UASI għal eżami ulterjuri u deċiżjoni ġdida; |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Cola” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32 u 35 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 507 963
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet tat-trade mark Komunitarja Nru 8 792 475, Nru 2 107118 u Nru 8 709 818 tat-trade mark figurattiva “Coca-Cola” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 32, 33 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.