This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0429
Case C-429/13 P: Appeal brought on 26 July 2013 by the Kingdom of Spain against the judgment of the General Court (First Chamber) delivered on 29 May 2013 in Case T-384/10 Kingdom of Spain v European Commission
Kawża C-429/13 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Lulju 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad- 29 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-384/10, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-429/13 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Lulju 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad- 29 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-384/10, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 30–31
(HR)
7.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/40 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-384/10, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-429/13 P)
2013/C 260/71
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
Li, fi kwalunkwe każ, tilqa’ l-appell u tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Kawża T-384/10, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea; |
— |
Li tannulla parzjalment skont kif mitlub id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, Nru C(2010) 4147 tat-30 ta’ Ġunju 2010, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni għal dawn il-(gruppi ta’) proġetti li ġejjin: “Il-provvista tal-ilma għaċ-ċentri residenzjali li jinsabu fil-Baċir Idrografiku tax-Xmara Guadiana: Reġjun ta’ Andévalo” (2000.ES.16.C.PE.133), “Tindif u purifikazzjoni tal-Baċir ta’ Guadalquivir: Guadaira, Aljarafe u EE NN PP tal-Guadalquivir” (2000.16.C.PE 066), “Il-provvista ta’ ilma lil sistemi supramuniċipali tal-provinċji ta’ Granada u ta’ Málaga” (2002.ES.16.C.PE.061), skont it-termini indikati; u |
— |
Fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ xogħol fis-sens li l-firxa kollha ta’ xogħlijiet tikkostitwixxi xogħol wieħed fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE (1), tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi.
Is-sentenza appellata tmur kontra d-duttrina li tirriżulta mis-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2000, Il-Kummissjoni vs Franza (C-16/98, Ġabra p. I-8315), billi teskludi l-ħtieġa ta’ kontinwità ġeografika tal-firxa kollha ta’ xogħlijiet u ta’ interdipendenza bejniethom, jiġifieri, l-ħtieġa ta’ interkonnessjoni sabiex jingħata servizz.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163