Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0394

    Kawża C-394/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil- 11 ta’ Lulju 2013 — Ministerstvo práce a sociálních věcí vs Mgr. K. B.

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 27–28 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/36


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-11 ta’ Lulju 2013 — Ministerstvo práce a sociálních věcí vs Mgr. K. B.

    (Kawża C-394/13)

    2013/C 260/66

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ministerstvo práce a sociálních v

    Konvenut: Mgr. K. B.

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (1), tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, jiġifieri li r-rikorrenti, ir-raġel tagħha u binha jgħixu fi Franza, fejn jaħdem ir-raġel tagħha, fejn hemm iċ-ċentru tal-interessi tagħhom u fejn ir-rikorrenti rċiviet, b’mod sħiħ fi Franza, il-benefiċċju tal-familja PAJE (prestation d’accueil du jeune enfant) (benefiċċju għall-infanzja), ir-Repubblika Ċeka hija l-Istat kompetenti għall-għoti ta’ benefiċċju tal-familja-allowance parentali?

    (2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq ir-Repubblika Ċeka l-għoti ta’ benefiċċju tal-familja wara t-30 ta’ April 2010, minkejja li l-kompetenza ta’ Stat tista’ tkun influwenzata, mill-1 ta’ Mejju 2010, mid-definizzjoni l-ġdida ta’ residenza pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 987/2009 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (Artikoli 22 et seq.)?

    (3)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk f’dan il-każ, ir-Repubblika Ċeka hija, mill-1 ta’ Mejju 2010, l-Istat kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

    (3)  ĠU L 284, p. 1.


    Top