Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0364

Kawża C-364/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fit- 28 ta’ Ġunju 2013 — International Stem Cell Corporation vs Comptroller General of Patents

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 21–21 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Ġunju 2013 — International Stem Cell Corporation vs Comptroller General of Patents

(Kawża C-364/13)

2013/C 260/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)(ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: International Stem Cell Corporation

Konvenut: Comptroller General of Patents

Domanda preliminari

Ovuli tal-bniedem mhux iffertilizzati li l-qsim u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom ġew stimulati permezz tal-partenoġenesi u li, għad-differenza ta’ ovuli iffertilizzati, jinkludu biss ċelloli pluripotenti u ma humiex kapaċi jiżviluppaw fi bnedmin huma inklużi fil-kelma “embrjonijiet” fl-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE (1) dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi?


(1)  Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 395)


Top