Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0078

    Kawża C-78/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — “Evita-K” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttiva 2006/112/KE — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ merkanzija — Kunċett — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Tranżazzjoni taxxabbli li saret tassew — Regolament (KE) Nru 1760/2000 — Sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat — Tikketti ta’ widnejn l-annimali)

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — “Evita-K” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

    (Kawża C-78/12) (1)

    (Direttiva 2006/112/KE - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Provvista ta’ merkanzija - Kunċett - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Tranżazzjoni taxxabbli li saret tassew - Regolament (KE) Nru 1760/2000 - Sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat - Tikketti ta’ widnejn l-annimali)

    2013/C 260/19

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Sofia-grad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Evita-K” EOOD

    Konvenuti: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikoli 14(1), 178(a), 185(1), 226(6) u 242 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fuq ix-xiri ta’ annimali — Prova tat-twettiq ta’ kunsinna ta’ merkanzija li saret — Obbligu, jew nuqqas ta’ obbligu, li jiġu indikati fuq il-fatturi t-tikketti ta’ widnejn l-annimali suġġetti għal identifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni — Obbligu, jew nuqqas ta’ obbligu, li jiġi pprovat id-dritt ta’ sjieda tal-fornitur

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT, il-kunċett ta’ “provvista ta’ merkanzija” fis-sens ta’ din id-direttiva u l-prova li tali provvista kienet saret tassew ma humiex marbuta mal-forma tal-kisba ta’ dritt ta’ sjieda fuq il-merkanzija kkonċernata. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li twettaq, skont ir-regoli nazzjonali dwar l-amministrazzjoni tal-provi, evalwazzjoni globali tal-provi u tal-fatti kollha tal-kawża quddiemha sabiex tiddetermina jekk il-provvisti tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kinux saru tassew u jekk, ladarba dan ikun il-każ, jistax jiġi eżerċitat dritt għal tnaqqis fuq il-bażi tal-imsemmija provvisti tal-aħħar.

    (2)

    L-Artikolu 242 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil persuni taxxabbli li ma humiex produtturi agrikoli li jniżżlu, fil-kontabbiltà tagħhom, is-suġġett ta’ provvisti ta’ merkanzija li huma jagħmlu, meta dawn ikunu jirrigwardaw annimali, u li jipprovaw li dawn tal-aħħar kienu s-suġġett ta’ kontroll skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 41.

    (3)

    L-Artikolu 226(6) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil persuna taxxabbli, li tagħmel provvisti ta’ merkanzija li tirrigwarda annimali suġġetti għas-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, ssemmi t-tikketti ta’ widnejn dawn l-annimali fuq il-fatturi relatati ma’ dawn il-provvisti.

    (4)

    L-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li jiġi aġġustat tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud ħlief jekk il-persuna taxxabbli kkonċernata tkun ibbenefikat minn qabel minn dritt għal tnaqqis ta’ din it-taxxa taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 168(a) ta’ din id-direttiva.


    (1)  ĠU C 133, 05.05.2012


    Top