Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0520

    Kawża C-520/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Deċiżjoni 2009/726/KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib — Provenjenza — Azjendi f’riskju fir-rigward ta’ każijiet ta’ enċefalopatiji sponġiformi — Miżuri nazzjonali ta’ projbizzjoni)

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 8–8 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-520/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Deċiżjoni 2009/726/KE - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib - Provenjenza - Azjendi f’riskju fir-rigward ta’ każijiet ta’ enċefalopatiji sponġiformi - Miżuri nazzjonali ta’ projbizzjoni)

    2013/C 260/14

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Bianchi, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, kif ukoll C. Candat u R. Loosli-Surrans, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(3) TUE u 288 TUE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/726/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat (ĠU L 258, p. 27)

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma implementatx id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Settembru 2009, li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 4(3) TUE u 288 TFUE.

    (2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


    Top