Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0205

    Kawża C-205/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 — Fédération internationale de football association (FIFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Appell — Xandir televiżiv — Direttiva 89/552/KEE — Artikolu 3a — Miżuri meħuda mir-Renju Unit dwar l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru — Tazza tad-Dinja tal-futbol — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Motivazzjoni — Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE — Dritt għall-proprjetà)

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Fédération internationale de football association (FIFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    (Kawża C-205/11 P) (1)

    (Appell - Xandir televiżiv - Direttiva 89/552/KEE - Artikolu 3a - Miżuri meħuda mir-Renju Unit dwar l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru - Tazza tad-Dinja tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Motivazzjoni - Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE - Dritt għall-proprjetà)

    2013/C 260/05

    Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Fédération internationale de football association (FIFA) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u N. Yerrell, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister), Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, M. J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn A. Joachimowicz u J. Stuyck, avukati), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski u J. Beeko, aġenti, assistiti minn T. de la Mare, QC)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Fédération Internationale de Football Association (FIFA) vs Il-Kummissjoni (T-68/08) li tiċħad rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE, tas-16 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 295, p. 12).

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Il-Fédération internationale de football association (FIFA) hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 232, 06.08.2011.


    Top