EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DP0111

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2011/2266(REG))

ĠU C 257E, 6.9.2013, p. 91–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/91


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona

P7_TA(2012)0111

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2011/2266(REG))

2013/C 257 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-4 ta' Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0039/2012),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116 – paragrafu 1

1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'kull seduta parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.

1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116 – paragrafu 2

2.   Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kunsill u mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'seduta parzjali waħda.

2.   Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f’sessjoni parzjali waħda.

Emenda 3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116 – paragrafu 5

5.   Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jista' jkun hemm ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Eurogroup.

5.   Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.

Emenda 4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II – parti A – paragrafu 1 – inċiż 2

ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabbilità tal-Kummissjoni u tal-Kunsill u jkunu ta' interess ġenerali;

ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju tagħhom u jkunu ta' interess ġenerali;

Emenda 5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II – parti A - paragrafu 1 – inċiż 2a (ġdid)

 

ikunu jirrigwardaw, peress li jittrattaw kwestjonijiet speċifiċi għall-Kunsill, b'mod partikolari l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' definizzjoni, ta’ koordinament jew ta’ eżekuzzjoni tal-linji politiċi tal-Unjoni, jew inkella il-prerogattivi tiegħu fil-qafas ta' proċeduri ta’ nomina jew dawk marbutin mal-funzjonament tal-istituzzjonijiet, korpi jew organizzazzjonijiet tal-Unjoni jew dawk marbutin ma' reviżjoni tat-trattati,

Emenda 6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II – parti A – paragrafu 2

2.

Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni ta' l-istituzzjoni kkonċernata.

2.

Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata , jew jekk il-mistoqsija tkun tikkonċerna t-twettiq tal-funzjoni leġislattiva u dik baġitarja tal-Kunsill imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16,, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.


Top