This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DP0102
Defence of the immunity and privileges of Luigi de Magistris European Parliament decision of 29 March 2012 on the request for defence of the immunity and privileges of Luigi de Magistris (2011/2098(IMM))
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2098(IMM))
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2098(IMM))
ĠU C 257E, 6.9.2013, p. 88–89
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 257/88 |
Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris
P7_TA(2012)0102
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2098(IMM))
2013/C 257 E/13
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba ta' Luigi de Magistris tat-3 ta' Mejju 2011, imressqa fil-plenarja tad-9 ta' Mejju 2011, għall-ħarsien tal-immunità tiegħu bi rbit ma' proċedimenti legali pendenti quddiem il-Qorti ta' Milan, l-Italja, |
— |
wara li sema' lil Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra s-sottomissjonijiet bil-miktub ta' Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008, tad-19 ta’ Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0074/2012), |
A. |
billi Membru tal-Parlament Ewropew, Luigi de Magistris, kien talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti quddiem qorti Taljana; |
B. |
billi t-talba minn Luigi de Magistris tirrigwarda taħrika ppreżentata kontrih fil-Qorti ta’ Milan f’isem is-Sur Giancarlo Pittelli b’rabta ma’ dikjarazzjonijiet magħmula minn Luigi de Magistris fil-ktieb Assalto al PM, storia di un cattivo magistrato ('Attakk fuq il-Prokuratur Pubbliku – storja ta’ maġistrat ħażin'), li ġie ppubblikat f’April 2010, |
C. |
billi skont it-taħrika, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dak il-ktieb jikkostitwixxu libell, li jirriżulta f'rikors għal danni; |
D. |
billi l-ktieb ġie ppubblikat fi żmien meta Luigi de Magistris kien Membru tal-Parlament Ewropew, wara li tela’ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009; |
E. |
billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għall-ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom, u billi, skont l-Artikolu 9 ta' dak il-Protokoll, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri ta' dak il-Parlament; |
F. |
billi Luigi de Magistris għamel referenza għaż-żewġ Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll, imma billi l-Artikolu 9 mhuwiex relevanti fir-rigward tal-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni Taljana u allura qiegħed ovvjament jiddependi biss fuq l-Artikolu 8; |
G. |
billi, skont il-prattika stabbilita tal-Parlament, il-fatt li l-proċedimenti legali huma ta’ natura ta’ dritt ċivili jew amministrattiv, jew fihom ċerti aspetti li huma koperti mid-dritt ċivili jew amministrattiv, ma jeskludix per se li tapplika l-immunità mogħtija minn dan l-artikolu; |
H. |
billi l-fatti tal-każ, kif jidhru mit-taħrika u mis-sottomissjonijiet bil-miktub ta’ Luigi de Magistris lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet li saru ma għandhomx konnessjoni diretta u ovvja mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ Luigi de Magistris bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
I. |
billi Luigi de Magistris, meta ppubblika l-ktieb ikkonċernat, ma kienx għalhekk qiegħed jaġixxi fit-twettiq ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, |
1. |
Jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità u l-privileġġi ta’ Luigi de Magistris; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Luigi de Magistris. |
(1) Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure u Oħrajn [1986] Ġabra 2391, Kawża T-345/05 Mote vs il-Parlament [2008] Ġabra II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch vs il-Parlament [2010] ECR II-1135 u Kawża C-163/10 Patriciello (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra).