This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0308
Case T-308/13: Action brought on 7 June 2013 — Repsol v OHIM — Argiles (ELECTROLINERA)
Kawża T-308/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ġunju 2013 — Repsol vs UASI — Argiles (ELECTROLINERA)
Kawża T-308/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ġunju 2013 — Repsol vs UASI — Argiles (ELECTROLINERA)
ĠU C 226, 3.8.2013, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 226, 3.8.2013, p. 6–6
(HR)
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/22 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Repsol vs UASI — Argiles (ELECTROLINERA)
(Kawża T-308/13)
(2013/C 226/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Josep María Adell Argiles (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla u tiddikjara bħala mhux applikabbli d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 1565/2012-1 u, konsegwentement, tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komuntarja Nru 9 548 884“ELECTROLINERA” għal prodotti fil-klassijiet 4, 27 u 39 li ġew miċħuda fid-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELECTROLINERA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 35, 37 u 39 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 548 884
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Josep María Adell Argiles
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ELECTROLINERA” għal prodotti fil-klassijiet 6, 9 u 12
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment, deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u, għaldaqstant, ċaħda iktar wiesgħa tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.