Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0313

    Kawża C-313/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis- 7 ta’ Ġunju 2013 — Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală vs Cătălin Ienciu

    ĠU C 226, 3.8.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 226, 3.8.2013, p. 3–3 (HR)

    3.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 226/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală vs Cătălin Ienciu

    (Kawża C-313/13)

    (2013/C 226/12)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Alba Iulia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală

    Konvenuta: Cătălin Ienciu

    Domanda preliminari

    Meta l-bejjiegħ ta’ proprjetà immobbli jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli li għandha tħallas il-VAT u meta l-partijiet stabbilew il-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna ta’ din il-proprjetà mingħajr ma semmew il-VAT, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur taxxabbli huwa kompost:

    (a)

    mill-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna tal-proprjetà li ġie stabbilit mill-partijiet wara t-tnaqqis tar-rata tal-VAT jew

    (b)

    mill-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna tal-proprjetà li ġie miftiehem mill-partijiet?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Top