This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0281
Case C-281/13 P: Appeal brought on 22 May 2013 by Lord Inglewood and Others against the judgment of the General Court (Fourth Chamber) delivered on 13 March 2013 in Joined Cases T-229/11 and T-276/11 Inglewood and Others v Parliament
Kawża C-281/13 P: Appell ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2013 minn Lord Inglewood et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit- 13 ta’ Marzu 2013 fil-Kawżi maqgħuda T-229/11 u T-276/11, Inglewood et vs Il-Parlament
Kawża C-281/13 P: Appell ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2013 minn Lord Inglewood et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit- 13 ta’ Marzu 2013 fil-Kawżi maqgħuda T-229/11 u T-276/11, Inglewood et vs Il-Parlament
ĠU C 226, 3.8.2013, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 226, 3.8.2013, p. 2–2
(HR)
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/3 |
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2013 minn Lord Inglewood et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-13 ta’ Marzu 2013 fil-Kawżi maqgħuda T-229/11 u T-276/11, Inglewood et vs Il-Parlament
(Kawża C-281/13 P)
(2013/C 226/06)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Lord Inglewood et (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tiddikjara u tiddeċiedi
|
— |
tiddeċiedi mill-ġdid, tiddikjara u tiddeċiedi:
|
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jippreżentaw appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li permezz tagħha l-imsemmija Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħhom li kellu bħala għan l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jirrifjutaw li jagħtuhom il-benefiċċju tal-pensjoni addizzjonali volontarja, kemm b’mod antiċipat, kemm fl-età ta’ 60 sena, kif ukoll parzjalment fil-forma ta’ kapital.
Fl-ewwel lok, l-appellanti jinvokaw żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali, fis-sens li d-deċiżjonijiet appellati jiksru d-drittijiet tagħhom kweżiti jew li għad iridu jiġu likwidati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti u aċċettati fil-mument tad-dħul tagħhom fis-servizz.
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt billi injorat il-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27(2) tal-Istatut tad-Deputati, minkejja li din id-dispożizzjoni kienet tispeċifika li d-drittijiet kweżiti jew fil-proċess li jiġu kweżiti għandhom jinżammu. Id-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2009 toħloq fil-fatt dannu għad-drittijiet kweżiti tal-appellanti, jiġifieri għad-drittijiet li jitolbu pensjoni antiċipata jew li jippreferu li jibbenefikaw minnha meta jagħlqu 60 sena jew li jibbenefikaw minnha, jekk ikun il-każ, parzjalment fil-forma ta’ kapital.
Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Istatut tad-Deputati ma kienx applikabbli għaliex daħal fis-seħħ wara d-deċiżjoni ta’ portata ġenerali tal-1 ta’ April 2009, filwaqt li d-deċiżjonijiet individwali suġġett għar-rikorsi kienu ttieħdu wara din id-data.
Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament minkejja li l-appellanti setgħu leġittimament jistennew li ser jibbenefikaw mill-pensjoni tagħhom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti u applikati matul parti sostanzjali tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom jew sal-jum tal-waqfa ta’ ħidmithom, speċjalment dawk li bbenefikaw mir-regoli ta’ deroga, jiġifieri dawk li għandhom s’issa jaħdmu jew li kienu għalqu 60 sena qabel id-dħul fis-seħħ, fl-14 ta’ Lulju 2009, tad-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2009.
Fl-aħħar lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità wara li kkonstatat li biss 10 % tal-imsieħba qed ibatu l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u l-effetti previżibbli ta’ fond ikkostitwit b’mod temporanju, mistenni li jisparixxi.