Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0730(03)

Miżuri ta' Riorganizzazzjoni – Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni għal “International Union Insurances SA” (Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

ĠU C 216, 30.7.2013, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 216, 30.7.2013, p. 21–21 (HR)

30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/31


Miżuri ta' Riorganizzazzjoni

Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni għal “International Union Insurances SA”

(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2013/C 216/08

Impriża tal-assigurazzjoni

International Union Insurances SA, ibbażata f'Ilia Iliou 66 11764 Ateni, Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija 12836/Β/05/1986, Numru tat-Taxxa 094058455, u rrappreżentata legalment minn Andreas Valiraki, President tal-Bord ta' Ġestjoni tal-kumpanija.

Data, dħul fis-seħħ u tip ta' deċiżjoni

Id-Deċiżjoni Nru 80/3/28.6.2013 tal-Kumitat għall-Kwistjonijiet tal-Kreditu u tal-Assigurazzjoni tal-Bank tal-Greċja dwar il-projbizzjoni tad-disponiment ħieles (iffriżar) tal-assi marbuta u ħielsa eżistenti kollha miżmuma minn International Union Insurances SA fiż-żmien meta tiġi adottata d-Deċiżjoni u r-riżorsi finanzjarji marbuta u ħielsa kollha miżmuma mill-kumpanija kemm jekk fil-Greċja kif ukoll barra mill-Greċja. Barra minn hekk, in-negozju ta' assigurazzjoni kollu tal-kumpanija, li jkopri l-attivitajiet kollha tagħha fis-setturi kollha tal-assigurazzjoni, huwa sospiż.

Dħul fis-seħħ: 28.6.2013

Data ta' skadenza: 15.7.2013

Awtorità kompetenti

Il-Bank tal-Greċja

Eleftheriou Venizelou 21

102 50 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Awtorità superviżorja

Il-Bank tal-Greċja

Eleftheriou Venizelou 21

102 50 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Amministratur maħtur

 

Il-liġi applikabbli

Il-liġi Griega skont l-Artikoli 9 u 17c tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 400/1970


Top