This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XX0730(01)
Opinion of the Advisory Committee on mergers given at its meeting of 18 February 2013 regarding a draft decision relating to Case COMP/M.6663 — Ryanair/Aer Lingus III — Rapporteur: Estonia
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat- 18 ta’ Frar 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6663 – Ryanair/Aer Lingus III – Relatur: L-Estonja
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat- 18 ta’ Frar 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6663 – Ryanair/Aer Lingus III – Relatur: L-Estonja
ĠU C 216, 30.7.2013, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 216, 30.7.2013, p. 18–18
(HR)
30.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/18 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Frar 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6663 – Ryanair/Aer Lingus III
Relatur: L-Estonja
2013/C 216/05
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Minoranza tastjeni. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Minoranza tastjeni. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq rilevanti kif stipulati fl-abbozz ta' deċiżjoni. B’mod partikolari,
Minoranza tastjeni. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li Aer Arann hija kompetitur ta’ Ryanair, iżda mhux ta’ Aer Lingus. Minoranza tastjeni. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li Aer Lingus u Ryanair huma kompetituri qrib ħafna ta' xulxin, jekk mhux ukoll l-eqreb kompetituri ta' xulxin, fuq ir-rotot kollha li jikkoinċidu. Minoranza tastjeni. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-ostakli għad-dħul f’dan il-każ huma għoljin. Minoranza tastjeni. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-effetti antikompetittivi tat-tranżazzjoni ma jkunux ikkumpensati biżżejjed minn dħul fuq rotta iżolata jew dħul estiż dħul minn trasportaturi li joperaw ċerti rotot lejn u mill-bażijiet lokali tagħhom barra tal-Irlanda. Minoranza tastjeni. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fuq 46 rotta li fihom jikkoinċidu l-attivitajiet tal-Partijiet, jiġifieri:
Minoranza tastjeni. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni għar-rigward tal-eliminazzjoni tal-aktar entrant kredibbli potenzjali fuq dawn is-6 rotot: (i) Rotot ta' Ryanair fejn hemm potenzjal ta' kompetizzjoni: Dublin–Bologna, Dublin–Bordeaux, Cork–Pariġi/Beauvais, Cork–Munich/Memmingen, Cork–Birmingham; (ii) Rotot ta' Aer Lingus fejn hemm potenzjal ta' kompetizzjoni: Dublin–Newcastle. Minoranza tastjeni. |
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn Ryanair fis-17 ta’ Ottubru 2012, is-7 ta’ Diċembru 2012, il-15 ta’ Jannar 2013, u l-1 ta’ Frar 2013 ma jindirizzawx it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikati mill-Kummissjoni u ma jeliminawx l-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva li tirriżulta mit-tranżazzjoni notifikata. Minoranza tastjeni. |
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji ta' IAG mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib kolllu dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. Minoranza tastjeni. |
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji ta' Flybe mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib kolllu dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. Minoranza tastjeni. |
13. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għalhekk trid tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikoli 2(3) u 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. Minoranza tastjeni. |