Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0713(03)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Lulju 2013 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

    ĠU C 201, 13.7.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    13.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-9 ta’ Lulju 2013

    li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

    2013/C 201/05

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tieghu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 kien adottat definittivament fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

    fil-15 ta' April 2013, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2013,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata fid-9 ta' Lulju 2013.

    Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit tal-internet tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. ŠADŽIUS


    (1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1, b'Corrigendum fil-ĠU L 134, 18.5.2013, p. 21.


    Top