Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/182/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6925 – Allianz Group/Omers Group/NET4GAS) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 182, 27.6.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6925 – Allianz Group/Omers Group/NET4GAS)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 182/17

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu Allianz Infrastructure Luxembourg I Sàrl (“Allianz”, il-Lussemburgu), parti mill-Allianz Group (“Allianz Group”, il-Ġermanja), u Borealis European Holdings BV (“Borealis”, il-Pajjiżi l-Baxxi), totalment proprjetà ta' Ontario Municipal Employees Retirement System (“OMERS”, il-Kanada), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta' NET4GAS sro (“NET4GAS”, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Allianz: kumpanija ta' investiment dinji u ta’ amministrazzjoni għal investimenti infrastrutturali diretti ta’ Allianz Group (kumpanija ta' servizzi finanzjarji internazzjonali),

għal Borealis: kumpanija ta’ investiment dinji u kumpanija ta’ amministrazzjoni għal investimenti infrastrutturali diretti ta' OMERS (fondi tal-pensjoni Kanadiżi),

għal NETGAS: attiva fil-forniment ta’ trasportazzjoni tal-gass/trażmissjoni fir-Repubblika Ċeka inklużi servizzi ta’ trasportazzjoni tal-gass sal-fruntiera mal-Ġermanja, il-Polonja u s-Slovakkja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6925 – Allianz Group/Omers Group/NET4GAS, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top