Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0010

    Kawża F-10/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Marzu 2013 — SF (*1) vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowance ta’ kuljum — Trasferiment — Għoti tal-allowance ta’ kuljum — Uffiċjal li huwa proprjetarju ta’ akkomodazzjoni li tinsab fil-post ta’ assenzjazzjoni l-ġdid — Prova li ġew sostnuti spejjeż ikkawżati mill-installazzjoni provviżorja fil-post ta’ assenzjazzjoni l-ġdid)

    ĠU C 147, 25.5.2013, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 147/33


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2013 —  SF (*1) vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-10/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance ta’ kuljum - Trasferiment - Għoti tal-allowance ta’ kuljum - Uffiċjal li huwa proprjetarju ta’ akkomodazzjoni li tinsab fil-post ta’ assenzjazzjoni l-ġdid - Prova li ġew sostnuti spejjeż ikkawżati mill-installazzjoni provviżorja fil-post ta’ assenzjazzjoni l-ġdid)

    (2013/C 147/61)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: SF (*1) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

    Suġġett

    Servizz pubbliku — It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ allowances ta’ kuljum lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn  SF (*1).

    (3)

     SF (*1) għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


    (*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

    (1)  ĠU C 65, 03.03.2012, p. 29.


    Top