Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0175

    Kawża T-175/13: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Marzu 2013 — Omega vs UASI — Omega Engineering (Ω OMEGA)

    ĠU C 147, 25.5.2013, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 147/28


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2013 — Omega vs UASI — Omega Engineering (Ω OMEGA)

    (Kawża T-175/13)

    2013/C 147/51

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Omega SA (Biel/Bienne, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Omega Engineering, Inc. (Stamford, l-Istati Uniti)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Jannar 2013 fil-Każijiet magħquda R 2055/2011-1 u R 2186/2011-1 u li tingħata l-protezzjoni bħala trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti kollha li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni;

    tikkundanna lill-UASI u lil Omega Engineering, Inc. għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja lill-Unjoni Ewropea, tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Ω OMEGA” għal prodotti tal-klassi 9 — reġistrazzjoni internazzjonali Nru 997 036 li tindika lill-Unjoni Ewropea

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Omega Engineering, Inc.

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali nazzjonali u Komunitarji “OMEGA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 11, 16, 35, 38, 41 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u protezzjoni mitluba miċħuda parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell tar-rikorrenti miċħud u protezzjoni mitluba iktar estensivament miċħuda parzjalment

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top