Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62011TA0336

    Kawża T-336/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ April 2013 — Italiana Calzature vs UASI — Vicini (Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN — Trade marks nazzjonali figurattivi u Komunitarji verbali preċedenti ZANOTTI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 147, 25.5.2013, pagg. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 147/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2013 — Italiana Calzature vs UASI — Vicini (Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN)

    (Kawża T-336/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN - Trade marks nazzjonali figurattivi u Komunitarji verbali preċedenti ZANOTTI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2013/C 147/29

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Società Italiana Calzature SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vicini SpA (San Mauro Pascoli, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi u M. Giorgetti, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ April 2011 (Każ R 634/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn is-Società Italiana Calzature SpA u Vicini SpA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Is-Società Italiana Calzature SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 252, 27.8.2011.


    In alto