Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62013CN0105

    Kawża C-105/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl- 4 ta’ Marzu 2013 — P.J. Vonk Noordegraaf vs Staatssecretaris van Economische Zaken

    ĠU C 147, 25.5.2013, pagg. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 147/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Marzu 2013 — P.J. Vonk Noordegraaf vs Staatssecretaris van Economische Zaken

    (Kawża C-105/13)

    2013/C 147/20

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    College van Beroep voor het Bedrijfsleven

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: P.J. Vonk Noordegraaf

    Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

    Domandi preliminari

    Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 34, 36 u 137 tiegħu, ikun applikat korrettament jekk, meta juża drittijiet għal pagament miksuba abbażi ta’ produzzjoni li ma hijiex marbuta ma’ raba, li ġew imputati lis-superfiċi fil-pussess tiegħu, bidwi ma jiksibx il-ħlas ta’ parti kbira minn dawn id-drittijiet, minkejja li jkun iddikjara in bona fide, b’mod konformi mal-metodu ta’ kejl applikat mill-Istat Membru fil-kuntest tal-attivazzjoni tad-drittijiet għal pagament skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-regolament, is-superfiċi ammissibbli tal-ettari invarjabbilment fil-pussess tiegħu, li però sussegwentement ġiet miċħuda mill-Kummissjoni, u dan għall-unika raġuni li s-superfiċi ammissibbli ddeterminata għall-pagament tirriżulta inferjuri minħabba emenda fil-metodu ta’ kalkolu?


    (1)  Regolament tal-Kunsill, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).


    In alto