Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0517(02)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Mejju 2013 li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    ĠU C 138, 17.5.2013, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2017

    17.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/14


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-13 ta' Mejju 2013

    li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    2013/C 138/05

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

    (2)

    Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza rilevanti tagħhom fil-qasam tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta' sustanzi kimiċi filwaqt li jkun żgurat ukoll li l-kompetenza rilevanti tkun disponibbli fost il-membri tal-bord fl-oqsma ta' affarijiet ġenerali, finanzjarji u dawk legali.

    (3)

    It-tul ta' żmien tal-mandat għandu jkun ta' erba' snin. Għandu jkun possibbli li l-mandat jiġġedded darba.

    (4)

    B’Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija.

    (5)

    Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija maħturin mir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja nħatru kollha għal perijodu li jispiċċa fil-31 ta' Mejju 2013. Għalhekk, Membri tal-Bord ta' Tmexxija minn dawn l-Istati Membri għandhom jiġu nominati u maħturin għal perijodu li jibda fl-1 ta' Ġunju 2013 u jibqa' għaddej sal-31 ta' Mejju 2017.

    (6)

    Mid-Deċiżjoni tad-7 ta' Ġunju 'l hawn, mill-membri maħtura għall-perijodu li jtemm fil-31 ta’ Mejju 2013, il-membri Franċiżi (3), Ungeriżi (4), Olandiżi (5), Sloveni (6), Finlandiżi (7), u Svediżi (8) tal-Bord ta’ Tmexxija ġew sostitwiti.

    (7)

    Il-Kunsill irċieva n-nominazzjonjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati kollha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    Il-persuni segwenti, għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) għat-tieni mandat li jtul mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2017 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

    Is-Sur Karel BLÁHA, Ċek, 20 ta’ Diċembru 1953,

    Is-Sinjura Ana FRESNO RUIZ, Spanjola, 31 ta’ Jannar 1952,

    Is-Sur Martin LYNCH, Irlandiż, 13 ta’ Awwissu 1946,

    Is-Sinjura Catherine MIR, Franċiża, 20 ta’ Frar 1955,

    Is-Sur Antonello LAPALORCIA, Taljan, 13 ta’ Ġunju 1952,

    Is-Sur Johannes Karel Barend Henri KWISTHOUT, Olandiż, 6 ta’ Ġunju 1964,

    Is-Sur Thomas JAKL, Awstrijak, 13 ta’ Ġunju 1965,

    Is-Sinjura Simona FAJFAR, Slovena, 17 ta’ Novembru 1970,

    Is-Sinjura Pirkko Liisa KIVELÄ, Finlandiża, 23 ta’ Ottubru 1953,

    Is-Sinjura Nina CROMNIER, Svediża, 14 ta’ Ottubru 1966.

    Artikolu 2

    Il-persuni segwenti għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Tmexxija għall-ewwel mandat li jtul mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2017 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

    Is-Sur Paul RASQUÉ, Lussemburgiż, 8 ta’ Lulju 1981,

    Is-Sinjura Ms Krisztina BIRÓ, Ungeriż, 5 ta’ April 1971.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. COVENEY


    (1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.

    (3)  ĠU C 178, 31.7.2009, p. 12.

    (4)  ĠU C 288, 25.9.2012, p. 4.

    (5)  ĠU C 178, 31.7.2009, p. 13.

    (6)  ĠU C 326, 3.12.2010, p. 4.

    (7)  ĠU C 320, 16.12.2008, p. 4.

    (8)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 6.


    Top