Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0539

    Kawża T-539/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2013 — Acino vs Il-Kummissjoni ( “Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Sospensjoni tat-tqegħid fis-suq u rtirar ta’ ċerti lottijiet ta’ prodotti mediċinali li fihom l-ingredjent attiv Clopidogrel — Modifika tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali — Regolament (KE) Nru 726/2004 u Direttiva 2001/83/KE — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2013 — Acino vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-539/10) (1)

    (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sospensjoni tat-tqegħid fis-suq u rtirar ta’ ċerti lottijiet ta’ prodotti mediċinali li fihom l-ingredjent attiv Clopidogrel - Modifika tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali - Regolament (KE) Nru 726/2004 u Direttiva 2001/83/KE - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2013/C 114/51

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Acino AG, li kienet Acino Pharma GmbH (Miesbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Buchner u E. Burk, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Sipos, G. Wilms, B.-R. Killmann u M. Šimerdová, sussegwentement B.-R. Killmann u M. Šimerdová, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Marzu u tas-16 ta’ Settembru 2010, dwar is-sospensjoni tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom l-ingredjent attiv Clopidogrel immanifatturat f’ċertu post, dwar l-irtirar tal-lottijiet ta’ dawn il-prodotti mediċinali mis-suq, dwar il-modifika tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq kif ukoll dwar il-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-imsemmija prodotti mediċinali.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn dan huwa dirett kontra d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2010) 2204 u C(2010) 2208, tad-29 ta’ Marzu 2010, u kontra d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2010) 6429 u C(2010) 6436, tas-16 ta’ Settembru 2010.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Acino AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


    Top