Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0093

    Kawża T-93/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2013 — Bilbaína de Alquitranes et vs ECHA ( “REACH — Identifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Att regolamentari li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inċidenza diretta — Ammissibbiltà — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità” )

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2013 — Bilbaína de Alquitranes et vs ECHA

    (Kawża T-93/10) (1)

    (REACH - Identifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Att regolamentari li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inċidenza diretta - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità)

    2013/C 114/46

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bilbaína de Alquitranes, SA (Luchana-Baracaldo, Spanja); Cindu Chemicals BV (Uithoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi); Deza, a.s. (Valašske Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka); Industrial Química del Nalón, SA (Oviedo, Spanja); Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka); Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit); Rütgers Germany GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja); Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju); u Rütgers Poland sp. z o.o. (Kędzierzyn-Koźle, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment K. Van Maldegem, R. Cana, avukati, u P. Sellar, solicitor, sussegwentement K. Van Maldegem u R. Cana)

    Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

    Suġġett

    Talba għal annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-ECHA, ippubblikata fit-13 ta’ Jannar 2010, li tidentifika ż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), b’mod konformi mal-Artikolu 59 ta’ dan ir-regolament.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Bilbaína de Alquitranes, SA, Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV u Rütgers Poland sp. z o.o. huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


    Top