Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0068

    Kawża C-68/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit- 8 ta Frar 2013 — Markus Weiss vs Condor Flugdienst GmbH

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-8 ta Frar 2013 — Markus Weiss vs Condor Flugdienst GmbH

    (Kawża C-68/13)

    2013/C 114/39

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Rüsselsheim

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Markus Weiss

    Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

    Domandi preliminari

    (1)

    Iċ-ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandhom jikkonċernaw direttament it-titjira rriżervata?

    (2)

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: kemm għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala rilevanti titjiriet preċedenti mwettqa mill-ajruplan użat għat-titjira prevista inizjalment għall-finijiet taċ-ċirkustanzi straordinarji? Teżisti limitazzjoni ratione temporis għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi straordinarji fir-rigward tat-titjiriet preċedenti? Jekk dan ikun il-każ, kif għandha tiġi kkalkolata?

    (3)

    Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jseħħu fil-każ ta’ titjiriet preċedenti jkunu rilevanti wkoll għal titjira ulterjuri: il-miżuri raġonevoli li għandu jieħu t-trasportatur tal-ajru effettiv skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom ikunu jikkonċernaw biss il-prevenzjoni ta’ ċirkustanzi straordinarji jew għandhom jikkonċernaw ukoll il-prevenzjoni ta’ dewmien twil?


    (1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top