Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0655

    Kawża C-655/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 21 ta’ Frar 2013 — Seven for all mankind LLC vs Seven SpA — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark verbali preċedenti — Element “SEVEN” — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Raġuni relattiva għal rifjut)

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Seven for all mankind LLC vs Seven SpA — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-655/11 P) (1)

    (Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark verbali preċedenti - Element “SEVEN” - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Raġuni relattiva għal rifjut)

    2013/C 114/23

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Seven for all mankind LLC (rappreżentanti: A. Gautier-Sauvagnac u B. Guimberteau, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Seven SpA (rappreżentant: L. Trevisan, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, agent)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-6 ta’ Ottubru 2011, SEVEN vs UASI — SEVEN FOR ALL MANKIND (SEVEN FOR ALL MANKIND) (T-176/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni R 1514/2008-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-28 ta’ Jannar 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi Komunitarji u internazzjonali li jinkludu l-element verbali “Seven”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 12, 14, 45, 16, 18, 20, 25 u 28, kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “SEVEN FOR ALL MANKIND” għal prodotti fil-klassijiet 14 u 18 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru°207/2009 — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżami tax-xebh tas-sinjali

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Seven for all mankind LLC hija kkundannata sabiex tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti minn Seven SpA.

    (3)

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


    Top