This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0544
Case C-544/11: Judgment of the Court (First Chamber) of 28 February 2013 (request for a preliminary ruling from the Finanzgericht Rheinland-Pfalz — Germany) — Helga Petersen, Peter Petersen v Finanzamt Ludwigshafen (Freedom to provide services — Freedom of movement for workers — Legislation of a Member State allowing exemption from taxation on income received for work carried out in another State in the context of development aid — Conditions — Establishment of the employer within the national territory — Refusal where the employer is established in another Member State)
Kawża C-544/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Rheinland-Pfalz — il-Ġermanja) — Helga Petersen, Peter Petersen vsFinanzamt Ludwigshafen ( “Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Moviment liberu tal-ħaddiema — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul miksub minn xogħol magħmul fi Stat ieħor fil-kuntest ta’ għajnuna għall-iżvilupp — Kundizzjonijiet — Stabbiliment tal-persuna li timpjega fit-territorju nazzjonali — Rifjut meta l-persuna li timpjega hija stabbilita fi Stat Membru ieħor” )

ĠU C 114, 20.4.2013, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Rheinland-Pfalz — il-Ġermanja) — Helga Petersen, Peter Petersen vsFinanzamt Ludwigshafen
(Kawża C-544/11) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-ħaddiema - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul miksub minn xogħol magħmul fi Stat ieħor fil-kuntest ta’ għajnuna għall-iżvilupp - Kundizzjonijiet - Stabbiliment tal-persuna li timpjega fit-territorju nazzjonali - Rifjut meta l-persuna li timpjega hija stabbilita fi Stat Membru ieħor)
2013/C 114/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Rheinland-Pfalz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helga Petersen, Peter Petersen
Konvenut: Finanzamt Ludwigshafen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Rheinland-Pfalz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE — Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi ħdan l-Unjoni — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul miksub minn xogħol li sar barra mill-pajjiż fil-kuntest tal-għajnuna għall-iżvilupp — Limitazzjoni ta’ din l-eżenzjoni għall-każijiet fejn il-persuna li timpjega tkun stabbilita fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tistabbilixxi li d-dħul miksub abbażi ta’ attivitajiet bħala persuna impjegata minn persuna taxxabbli residenti ta’ dak l-Istat Membru u ssuġġettat b’mod illimitat huwa eżentat mit-taxxa fuq id-dħul meta l-persuna li timpjega tkun stabbilita fl-imsemmi Stat Membru, iżda li ma huwiex hekk eżentat jekk il-persuna li timpjega tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor.