Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0332

    Kawża C-332/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof Van Cassatie (il-Belġju) — ProRail NV vs Xpedys NV, DB Schenker Rail Nederland NV, Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV, FAG Kugelfischer GmbH (Regolament (KE) Nru 1206/2001 — Kooperazzjoni fil-qasam tal-kisba tal-provi f’materji ċivili jew kummerċjali — Eżekuzzjoni diretta tal-kumpilazzjoni ta’ xhieda — Ħatra ta’ espert — Inkarigu mwettaq parzjalment fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti tar-rinviju u parzjalment fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor)

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof Van Cassatie (il-Belġju) — ProRail NV vs Xpedys NV, DB Schenker Rail Nederland NV, Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV, FAG Kugelfischer GmbH

    (Kawża C-332/11) (1)

    (Regolament (KE) Nru 1206/2001 - Kooperazzjoni fil-qasam tal-kisba tal-provi f’materji ċivili jew kummerċjali - Eżekuzzjoni diretta tal-kumpilazzjoni ta’ xhieda - Ħatra ta’ espert - Inkarigu mwettaq parzjalment fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti tar-rinviju u parzjalment fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor)

    2013/C 114/15

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof Van Cassatie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ProRail NV

    Konvenuti: Xpedys NV, DB Schenker Rail Nederland NV, Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV, FAG Kugelfischer GmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 121) u tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat 22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Eżekuzzjoni diretta tal-kumpilazzjoni tax-xhieda mill qorti li tagħmel it-talba — Ħatra ta’ espert u l-għoti lil dan, mill-qrati ta’ Stat Membru, ta’ missjoni li għandha titwettaq parzjalment fuq it-territorju tal-qrati inkwistjoni u parzjalment fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Applikazzjoni obbligatorja jew le tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1206/2001

    Dispożittiv

    L-Artikoli 1(1)(b) u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru li tixtieq li kumpilazzjoni ta’ xhieda fdata lil espert titwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ma hijiex neċessarjament obbligata tuża l-mezz ta’ kisba tal-provi previst minn dawn id-dispożizzjonijiet sabiex tkun tista’ tordna din il-kumpilazzjoni.


    (1)  ĠU C 269, 10.09.2011


    Top