EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0243

Kawża C-243/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — RVS Levensverzekeringen NV vs L-Istat Belġjan ( “Assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja — Taxxa annwali fuq it-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni — Direttiva 2002/83/KE — Artikoli 1(1)(g) u 50 — Kunċett ta’ ‘L-Istat Membru ta’ l-impenn’ — Impriża ta’ assigurazzjoni stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi — Persuna assigurata li ffirmat kuntratt ta’ assigurazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi u ttrasferixxiet ir-residenza abitwali tagħha fil-Belġju wara l-konklużjoni tal-kuntratt — Libertà li jiġu provduti servizzi” )

ĠU C 114, 20.4.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — RVS Levensverzekeringen NV vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-243/11) (1)

(Assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja - Taxxa annwali fuq it-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni - Direttiva 2002/83/KE - Artikoli 1(1)(g) u 50 - Kunċett ta’ ‘L-Istat Membru ta’ l-impenn’ - Impriża ta’ assigurazzjoni stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi - Persuna assigurata li ffirmat kuntratt ta’ assigurazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi u ttrasferixxiet ir-residenza abitwali tagħha fil-Belġju wara l-konklużjoni tal-kuntratt - Libertà li jiġu provduti servizzi)

2013/C 114/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RVS Levensverzekeringen NV

Konvenuta: L-Istat Belġjan

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 50 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni għal taxxa annwali fil-każ ta’ riskju li jinsab fil-Belġju, jew għar-residenza abitwali tal-persuna fiżika li qed tiġi assigurata, jew għall-istabbiliment tal-persuna ġuridika li qed tiġi assigurata — Impriża tal-assigurazzjoni stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, mingħajr ebda preżenza fil-Belġju, bl-eċċezzjoni ta’ wieħed mill-assigurati tagħha, espatrijat fil-Belġju wara l-konklużjoni tal-kuntratt — Post ta’ tassazzjoni — Artikoli 49 u 56 TFUE — Restrizzjonijiet

Dispożittiv

L-Artikolu 50 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jiġbor taxxa diretta fuq il-primjums ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja mħallsa minn persuni assigurati fiżiċi li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom f’dan l-Istat Membru, meta l-kuntratti ta’ assigurazzjoni kkonċernati kienu ġew iffirmati fi Stat Membru ieħor li fih l-imsemmija persuni assigurati kellhom, fid-data tal-iffirmar, ir-residenza abitwali tagħhom.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011


Top