Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0168

    Kawża C-168/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 28 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Manfred Beker, Christa Beker vs Finanzamt Heilbronn (Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq id-dħul — Dħul minn kapital — Ftehim għall-prevenzjoni mit-taxxa doppja — Dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri u fi Stati terzi — Determinazzjoni tal-limitu massimu ta’ imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f’ras il-għajn f’pajjiż barrani fuq it-taxxa fuq id-dħul nazzjonali — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż personali u relatati mal-istil ta’ ħajja — Ġustifikazzjoni)

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Manfred Beker, Christa Beker vs Finanzamt Heilbronn

    (Kawża C-168/11) (1)

    (Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-dħul - Dħul minn kapital - Ftehim għall-prevenzjoni mit-taxxa doppja - Dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri u fi Stati terzi - Determinazzjoni tal-limitu massimu ta’ imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f’ras il-għajn f’pajjiż barrani fuq it-taxxa fuq id-dħul nazzjonali - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż personali u relatati mal-istil ta’ ħajja - Ġustifikazzjoni)

    2013/C 114/11

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Manfred Beker, Christa Beker

    Konvenut: Finanzamt Heilbronn

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi li tippermetti t-tnaqqis tat-taxxi mħallsa f’pajjiż ieħor biss mill-parti tat-taxxa nazzjonali fuq id-dħul relattiva għad-dħul mill-pajjiż l-ieħor — Metodu għad-determinazzjoni ta’ din il-parti mit-taxxa nazzjonali fuq id-dħul li jwassal għall-attribuzzjoni proporzjonali tal-ispejjeż u imposti eċċezzjonali li jistgħu jitnaqqsu wkoll għad-dħul barrani, u li jwassal għalhekk għal tnaqqis korrispondenti fil-limitu ta’ tnaqqis tat-taxxi mħallsa f’pajjiż ieħor

    Dispożittiv

    L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, fil-kuntest ta’ sistema intiża sabiex tillimita t-taxxa doppja, meta persuni suġġetti għat-taxxa b’mod illimitat iħallsu fuq dħul b’oriġini barranija, fl-Istat tal-oriġini tad-dħul imsemmi, taxxa ekwivalenti għat-taxxa fuq id-dħul miġbura mill-imsemmi Stat Membru, l-imputazzjoni tal-imsemmija taxxa barranija fuq l-ammont tat-taxxa fuq id-dħul f’dan l-Istat Membru ssir billi l-ammont tat-taxxa dovuta abbażi ta’ dħul taxxabbli fl-istess Stat Membru, inkluż id-dħul b’oriġini barranija, jiġi mmoltiplikat bir-relazzjoni eżistenti bejn l-imsemmi dħul b’oriġini barranija u s-somma tad-dħul, fejn din l-aħħar somma ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ispejjeż speċjali u l-infiq straordinarju bħala spejjeż relattivi għall-istil ta’ ħajja jew għas-sitwazzjoni personali jew tal-familja.


    (1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


    Top