This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0576
Case T-576/12: Action brought on 31 December 2012 — Łaszkiewicz v OHIM — Capital Safety Group EMEA (PROTEKT)
Kawża T-576/12: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Diċembru 2012 — Łaszkiewicz vs UASI — Capital Safety Group EMEA (PROTEKT)
Kawża T-576/12: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Diċembru 2012 — Łaszkiewicz vs UASI — Capital Safety Group EMEA (PROTEKT)
ĠU C 108, 13.4.2013, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/27 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2012 — Łaszkiewicz vs UASI — Capital Safety Group EMEA (PROTEKT)
(Kawża T-576/12)
2013/C 108/71
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Capital Safety Group EMEA, SAS (Carros Cedex, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 700/2011-4; |
— |
tagħti deċiżjoni finali — sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan — li permezz tagħha tilqa’ r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8478331 li għaliha saret l-applikazzjoni; |
— |
sussidjarjament — sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan — tibgħat il-każ lura għal deċiżjoni mill-ġdid mir-Raba’ Bord tal-Appell, skont il-kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern; |
— |
tieħu inkunsiderazzjoni l-provi msemmija fir-rikors; |
— |
tmexxi l-proċeduri bil-miktub u bl-użu tal-lingwa Pollakka bħala l-lingwa tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “protekt” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 22 u 25 — Applikazzjoni Nru 008478331
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Capital Safety Group EMEA, SAS
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja Protecta, irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 6, 7 u 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regoli 50 u 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95. |