EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0065

Kawża C-65/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Frar 2013 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 108, 13.4.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/17


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-65/13)

2013/C 108/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Tamás u J. Rodrigues, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2012 li tapplika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament, il-Parlament Ewropew iqajjem motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni fil-fatt abbużat mill-poteri li taha l-leġiżlatur tal-Unjoni.

L-Artikolu 38 tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq ma jagħtix ħlief poteri ta’ implementazzjoni lill-Kummisjoni, liema limiti jirriżultaw mill-Artikolu 291 TFUE. Skont il-Parlament, dan l-aħħar artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix l-adozzjoni tal-atti ta’ portata ġenerali li jikkompletaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. Huma biss l-atti leġiżlattivi jew atti delegati fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE jistgħu jikkompletaw l-elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku.

Issa, l-att adottat mill-Kummissjoni, peress li jiġi analizzat f’att ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 291 TFUE, jikkompleta wkoll ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Għaldaqstant, il-Parlament ikkunsidra li, jekk huwa neċesarju li jiġu kkompletati l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, il-Kummissjoni kellha d-dmir li fl-assenza ta’ poter li tadotta atti delegati fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE, tissottometti lil-leġiżlatur abbozz leġiżlattiv li tikkompleta jew tbiddel l-att bażiku.


(1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, p. 1).


Top