Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0173

Kawża C-173/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas- 17 ta’ Jannar 2013 — Verenigde Douaneagenten BV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali — Recouvrement a posteriori de droits à l’importation — Preżentazzjoni inkorretta tal-fatti — Importazzjoni taz zokkor tal-kannamiela mhux irraffinat)

ĠU C 108, 13.4.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2013 — Verenigde Douaneagenten BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-173/12 P) (1)

(Appell - Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali - Recouvrement a posteriori de droits à l’importation - Preżentazzjoni inkorretta tal-fatti - Importazzjoni taz zokkor tal-kannamiela mhux irraffinat)

2013/C 108/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Verenigde Douaneagenten BV [rappreżentant: S. Moolenaar, avukat]

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: B. Burggraaf u L. Keppenne, aġenti]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali — Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Frar 2012, Verenigde Douaneagenten vs Il-Kummissjoni (T-32/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6754 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2010, li tikkonstata, minn naħa, li huwa ġġustifikat li d-dazji fuq l-importazzjoni jiddaħħlu fil-kontijiet a posteriori u, min-naħa l-oħra, li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari (REC 02/09)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miħud

(2)

Verenigde Douaneagenten BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 184, 23.06.2012.


Top