Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0320(01)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kwantità disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2013 fil-qafas ta' ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross

ĠU C 81, 20.3.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kwantità disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2013 fil-qafas ta' ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross

2013/C 81/01

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi u t-territoriji extra-Ewropej (OCT) (1). Ma ġewx imressqa applikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni matul l-ewwel sebat ijiem ta’ Jannar 2013 għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4189 u 09.4190.

Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma jitressqux applikazzjonijiet għandhom jiżdiedu ma' tas-subperjodu ta’ wara.

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009, il-kwantitajiet disponibbli fis-subperjodu ta’ wara għandhom jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni sal-25 jum tal-aħħar xahar ta’ subperjodu partikolari.

B'konsegwenza ta’ dan, il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2013 fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 u 09.4190, kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1274/2009, huma stabbiliti fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.


(1)  ĠU L 344, 23.12.2009, p. 3.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

Kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu li jmiss, skont ir-Regolament (UE) Nru 1274/2009

Oriġni

Numru tas-serje

Applikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni milqugħa għas-subperjodu ta' Jannar 2013

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Mejju 2013 (f'kg)

L-Antilli Olandiżi u Aruba

09.4189

 (1)

16 667 000

OCTs l-inqas żviluppati

09.4190

 (1)

6 667 000


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


Top