EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0579

Kawża T-579/12: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni vs Siemens

ĠU C 63, 2.3.2013, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/24


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni vs Siemens

(Kawża T-579/12)

2013/C 63/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Siemens AG (München, il-Ġermanja)

Talbiet

tikkundanna lil Siemens AG tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 671 234 flimkien mal-interessi skont ir-rata bażika miżjuda b’5 punti, dovuti b’effett mill-preżentata tar-rikors, skont l-Artikolu 247 BGB;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li abbażi tal-kuntratt li hija ffirmat mal-konvenuta, hija għandha dritt għall-ħlas tad-danni tal-ispejjeż supplimentari marbuta mal-irkupru tardiv tal-materjal li tqiegħed għad-dispożizzjoni. Barra minn hekk, tali danni għandhom jitħallsu skont id-dritt Ġermaniż applikabbli għall-kuntratt, speċifikament l-Artikolu 304, kif ukoll l-Artikoli 280 u 286 BGB.


Top