Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0557

    Kawża T-557/12: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Diċembru 2012 — RiskMetrics Solutions vs UASI (RISKMANAGER)

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/22


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2012 — RiskMetrics Solutions vs UASI (RISKMANAGER)

    (Kawża T-557/12)

    2013/C 63/45

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: RiskMetrics Solutions LLC (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. De Freitas, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha sabiex it-trade mark Komunitarja Nru 9 446 881 tiġi aċċettata u tgħaddi għall-pubblikazzjoni;

    tikkundanna lill-UASI sabiex iħallas l-ispejjeż kollha tal-appellant fir-rigward ta’ dawn il-proċedimenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “RISKMANAGER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 881

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top