Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0008

    Kawża C-8/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/14


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    (Kawża C-8/13)

    2013/C 63/24

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappresentanti: D. Kukovec, P. Hetsch u O. Beynet)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Talbiet

    tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (2), jew f’kull każ billi ma informatx lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49(1) tal-imsemmija direttiva.

    tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja skont l-Artikolu 206(3) TFUE għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 10 287,36 b’effett mid-data tas-sentenza f’din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.


    (1)  ĠU L 221, p. 94

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211


    Top