EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0623

Kawża C-623/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société Geodis Calberson GE vs Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) ( “Agrikoltura — Għajnuna ta’ ikel — Regolament (KE) Nru 111/1999 — Programm ta’ provvista ta’ prodotti agrikoli tal-Federazzjoni Russa — Offerent rebbieħ ta’ kuntratt għat-trasport tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella — Attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni — Klawżola ta’ arbitraġġ” )

ĠU C 63, 2.3.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société Geodis Calberson GE vs Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

(Kawża C-623/11) (1)

(Agrikoltura - Għajnuna ta’ ikel - Regolament (KE) Nru 111/1999 - Programm ta’ provvista ta’ prodotti agrikoli tal-Federazzjoni Russa - Offerent rebbieħ ta’ kuntratt għat-trasport tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni - Klawżola ta’ arbitraġġ)

2013/C 63/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Geodis Calberson GE

Konvenut: Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/1999, tat-18 ta’ Jannar 1999, li jippreskrivi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 dwar programm ta’ provvista ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 296) — Attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni fil-każ ta’ kawża bejn offerent rebbieħ tat-trasport tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u l-aġenzija nazzjonali ta’ intervent kompetenti dwar il-proċedura ta’ ħlas u l-kumpens għal dannu subit — Klawżola ta’ arbitraġġ

Dispożittiv

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/1999, tat-18 ta’ Jannar 1999, li jippreskrivi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 dwar programm ta’ provvista ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/1999, tat-28 ta’ Mejju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li jattribwixxi ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq kawżi li jirrigwardjaw kundizzjonijiet li fihom l-aġenzija ta’ intervent awtorizzata li tirċievi l-offerti sottomessi matul il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ provvista mingħajr ħlas ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa, tipproċedi għall-ħlas dovut lill-offerent rebbieħ u għar-rilaxx tal-garanzija ta’ provvista mogħtija mill-offerent rebbieħ favur din l-aġenzija, b’mod partikolari fuq l-azzjonijiet intiżi għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn żbalji mwettqa mill-aġenzija ta’ intervent fit-twettiq tal-operazzjonijiet tagħha.


(1)  ĠU C 39, 11.2.2012


Top